Skip to main content

Sena dawl Werrej Definizzjoni | Użu | Unitajiet iżgħar | Eżempji | Noti u referenzi | Menu ta' navigazzjoni

AstronomijaFiżika


dawlvojtsena ĠuljanaGħaqda Astronomika InternazzjonalifotonProxima CentauriistillaSistema solariGalassja ta' AndromedaraġġieraTriq ta' Sant'Annaparsecparallassiunità astronomikaveloċità tad-dawl










(function()var node=document.getElementById("mw-dismissablenotice-anonplace");if(node)node.outerHTML="u003Cdiv class="mw-dismissable-notice"u003Eu003Cdiv class="mw-dismissable-notice-close"u003E[u003Ca tabindex="0" role="button"u003Eaħbiu003C/au003E]u003C/divu003Eu003Cdiv class="mw-dismissable-notice-body"u003Eu003Cdiv id="localNotice" lang="mt" dir="ltr"u003Eu003Cdiv class="plainlinks" style="width:100%; padding: 0.5ex; margin: 0 0 5px;font-family: -apple-system, BlinkMacSystemFont, u0026#39;Segoe UIu0026#39;, Roboto, Helvetica, Arial, sans-serif, u0026#39;Apple Color Emojiu0026#39;, u0026#39;Segoe UI Emojiu0026#39;, u0026#39;Segoe UI Symbolu0026#39;; text-align: center; font-size: 16pt; color: grey"u003Eu003Cp style="font-size: 10.5pt"u003EŻomm ruħek aġġornat mal-Wikipedija Maltija billi tissieħeb magħna fuq u003Ca rel="nofollow" class="external text" href="http://www.facebook.com/Wikipedija"u003Eu003Cspan style="color:#3b5998; font-weight:bolder;"u003EFacebooku003C/spanu003Eu003C/au003E.u003C/pu003Enu003Cdiv style="clear: both;"u003Eu003C/divu003Eu003C/divu003Eu003C/divu003Eu003C/divu003Eu003C/divu003E";());




Sena dawl




Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa






Jump to navigation
Jump to search




Rapppreżentazzjoni ċċentrata fuq ix-Xemx ta' sena dawl (l-isfera l-kbira, għandha vleġġa safra bħala raġġ) u xahar dawl (l-isfera ż-żgħira) imqabbla mat-trajettorji tal-kometa l-kbira ta' Jannar tal-1910 (linja safra) u l-kometa Hyakutake (linja oranġjo).


Sena dawl (plural snin dawl) hi unità ta' distanza użata fl-astronomija.


Sena dawl hi d-distanza li jivvjaġġa d-dawl fil-vojt matul sena Ġuljana, jiġifieri madwar 9461 biljun kilometru (għalhekk l-ordni ta' kobor hi madwar 10,000 biljun kilometru, jew 1016 metru).




Werrej





  • 1 Definizzjoni


  • 2 Użu


  • 3 Unitajiet iżgħar


  • 4 Eżempji


  • 5 Noti u referenzi




Definizzjoni |


Is-sena dawl hi unità tal-kejl tad-distanza (u mhux taż-żmien).


L-Għaqda Astronomika Internazzjonali iddefinietha[1] bħala d-distanza li jivvjaġġa foton (jew iżjed sempliċi, id-dawl) fil-vojt, f'sena Ġuljana (jiġifieri 365.25 jum jew 31,557,600 sekonda).


Il-veloċità tad-dawl fil-vojt hi kostanti fissa ta' 299,792,458 m/s (madwar 300,000 km/s), sena dawl hi eżatt ugwali għal 9,460,730,472,580.8 km; madwar 9460.730 biljun kilometru li hi ekwivalenti għal 9.460730 Petametru (Pm) jew 9460.730 Terametru (Tm). F'valur arrotondat, sena dawl hi ekwivalenti għal 9.461 Pm jew 9.461x1015m.



Użu |


It-terminu sena dawl jintuża l-iżjed fil-popolarizzazzjoni tal-astronomija biex jesprimi id-distanzi interstellari u intergalattiċi, billi din l-unità tinftiehem faċilment mill-popolin minħabba d-definizzjoni tagħha bħala d-distanza li jivvjaġġa d-dawl fiż-żmien imsemmi.


Pereżempju, Proxima Centauri, l-istilla li hi l-eqreb għas-Sistema solari, tinsab 4.22 snin dawl 'il bogħod minnha, il-Galassja ta' Andromeda tinsab madwar 2.5 miljuni snin dawl 'il bogħod mis-Sistema Solari u r-raġġiera ta' Triq ta' Sant'Anna għandha dijametru ta' madwar 10,0000 sena dawl.


L-astronomi professjonali rari jużaw it-terminu sena dawl għax jippreferu il-parsec (simbolu pc), unità li ġejja mit-teknika sperimentali għall-kejl tad-distanzi permezz tal-parallassi anwali tal-istilla li jkunu qegħdin josservaw. Parsec hu d-distanza mix-xemx ta' punt fl-ispazju li minnu il-linji għad-dinja u x-xemx jagmlu angolu ta' sekonda tal-ark. Hu ekwivalenti għal madwar 3.26 snin dawl.


L-unità astronomika (simbolu ua), ibbażata fuq id-distanz bejn id-dinja u x-xemx, tintuża sikwit, l-iżjed għal oġġetti relativament qrib (fuq l-iskala astronomika). Unita astronomika hi ekwivalenti għal madwar 8.32 minuti dawl u sena dawl hi ekwivalenti għal 63241.077 ua.


Irridu noqogħdu attenti li bħalissa hemm valur ieħor li qiegħed jintuża għad-distanza sena dawl:10,000,000,000,000 (għaxart elef biljun) kilometru. Dan il-valur hu interessanti għax wieħed jista' jiftakru faċilment. Min ikun qiegħed jaqra xi artiklu li juża s-sena dawl irid ikun jaf b'din id-differenza (in fatti hemm madwar 5.4 % bejn iż-żewġ valuri). Però, fil-verità, is-sena dawl iżjed tintuża biex turi l-ordni tal-kobor jew id-distanzi approssimati u f'dan il-kuntest id-differenza mhux sinjikattiva.



Unitajiet iżgħar |


Meta nimmoltiplikaw il-veloċità tad-dawl b'xi ħin li nagħżlu, nistgħu niddefinixxu unitajiet oħra li jiġu minn xulxin bħal, pereżempju, is-siegħa dawl li tiġi 1,079,252,848.8km.


Nota

Ix-xahar dawl ma jintużax billi mhuwiex definit preċiżament: hemm bżonn ngħidu eżatt jekk ix-xahar dawl huwiex pereżempju 30 jum dael jew it-tnax il-parti ta' sena dawl. Din l-unità intrinżikament għandha nuqqas ta' preċiżjoni li hi kbira wisq imqabbla mal-unitajiet astronomiċi l-ohra. L-istitutizzjonijiet uffiċjali ftit ma tantx jinteressawhom dawn l-unitajiet derivati minn sena dawl.



Eżempji |


  • Il-Qamar jorbita 1.28 sekondi dawl 'il bogħod mid-Dinja].

  • Id-distanza Dinja - Marte tvarja bejn wieħed u ieħor bejn 3 u 22 minuta dawl.

  • B'mod simili id-dinja torbita 8.32 minuti dawl 'il bogħod mix-xemx.


  • Nettunu (il-pjaneta l-iżjed 'il bogħod mix-xemx) tinsab 4.17 snin dawl 'il bogħod mix-xemx. Imbagħad Plutone jorbita 4.11 sigħat dawl u 6.83 sigħat dawl 'il bogħod mix-xemx.

  • Sal-2013, Voyager 1 kien jinsab 17-il siegħa dawl 'il bogħod mix-xemx.

  • Is-Sħaba ta' Oort, 'il barra mis-sistema solari, qiegħda madwar żewġ snin dawl 'il bogħod mix-xemx.

  • L-eqreb stilla (barra x-xemx), Proxima Centauri, qiegħda 4.22 snin dawl 'il bogħod.

  • Ir-raġġ tal-Univers osservabbli għandu tul ta' madwar 46.6 biljun snin dawl. Ħafna jagħmlu l-iżball komuni u jaħsbu li dan ir-raġġ hu twil 13.6 biljun snin dawl billi l-età tal-univers hi 13.6 biljun sena u li xejn ma jaqbeż il-veloċità tad-dawl. Ir-raġġ tal-univers hu itwal ħafna minn hekk għax irridu nieħdu fil-konsiderazzjoni l-espansjoni intergalattika.


Noti u referenzi |




  1. ^ http://www.iau.org/public/measuring/










Miksub minn "https://mt.wikipedia.org/w/index.php?title=Sena_dawl&oldid=238824"










Menu ta' navigazzjoni


























(window.RLQ=window.RLQ||[]).push(function()mw.config.set("wgPageParseReport":"limitreport":"cputime":"0.028","walltime":"0.035","ppvisitednodes":"value":66,"limit":1000000,"ppgeneratednodes":"value":0,"limit":1500000,"postexpandincludesize":"value":116,"limit":2097152,"templateargumentsize":"value":0,"limit":2097152,"expansiondepth":"value":4,"limit":40,"expensivefunctioncount":"value":0,"limit":500,"unstrip-depth":"value":0,"limit":20,"unstrip-size":"value":336,"limit":5000000,"entityaccesscount":"value":0,"limit":400,"timingprofile":["100.00% 3.444 1 Mudell:Referenzi","100.00% 3.444 1 -total"],"cachereport":"origin":"mw1251","timestamp":"20190318070612","ttl":2592000,"transientcontent":false);mw.config.set("wgBackendResponseTime":125,"wgHostname":"mw1323"););

Popular posts from this blog

Wikipedia:Contact us Navigation menu Navigation menuLeave a Reply Cancel reply Post navigationRecent PostsRecent CommentsArchivesCategoriesMeta

Farafra Inhaltsverzeichnis Geschichte | Badr-Museum Farafra | Nationalpark Weiße Wüste (as-Sahra al-baida) | Literatur | Weblinks | Navigationsmenü27° 3′ N, 27° 58′ OCommons: Farafra

Tórshavn Kliima | Partnerstääden | Luke uk diar | Nawigatsjuun62° 1′ N, 6° 46′ W62° 1′ 0″ N, 6° 46′ 0″ WWMOTórshavn